L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Hompesch fil-Fgura
Anzjan ta’ 73 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tajjar minn vettura fi Triq Hompesch fil-Fgura, bis-sewwieq tal-vettura jibqa’ sejjer.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 tal-bieraħ filgħaxija.
L-anzjan ittieħed Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha fosthom biex issib lil min kien qed isuq il-karozza.