Ilbieraħ, f’żewġ każijiet separati, l-Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfu żewġ passiġġiera li kienu qed iġorru bejniethom €233,000 fi flus kontanti li ma kinux iddikjarati.
Fl-ewwel każ, passiġġier li kien se jitlaq minn Malta nstab li kien qiegħed iġorr kważi €5,000 fi flus kontanti. Il-bagalja tiegħu tniżżlet minn fuq l-ajruplan u fiha nstab li kien qed iġorr €10,000 oħra, moħbija fil-ħwejjeġ u mxerrda fil-bagalja.
€10,000 ġew irritornati lill-passiġġier, filwaqt li l-bqija ġew ikkonfiskati.
Fit-tieni każ, kien strumentali l-kelb Peter biex twaqqaf passiġġier li kien se jħalli Malta lejn Istanbul.
Saret tfittxija fuq ir-raġel u l-bagalji tiegħu u nstab li kien qed iġorr €210,000 fi flus kontanti.
Ir-raġel ġie arrestat.
Id-Dwana fakkret li dawk il-passiġieri kollha li jkunu qed iġorru ammont ta’ flus jew ċekkijiet li l-valur tagħhom jaqbeż l-€10,000 li huma obbligati li jiddikjarawhom.