Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda f’Santa Luċija
Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet it-taraġ tar-residenza tagħha f’Santa Luċija.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-1:30pm.
Il-mara li għandha 59 sena, ittieħdet Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja