Raġel instab mejjet ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi fi Triq il-Wied ta’ Ruman, il-Mellieħa.
Ir-raġel instam mitluqmal-art f'ammont sostanzjali ta' demm.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel, li għandu 27 sena u mill-Georgia, waqa’ minn fuq ċint li jinsab fl-istess triq.
Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.