Aġġornata | Nirien kbar jaħkmu parti miċ-ċentru miftuħ tal-Marsa

Fiż-żona hemm preżenza qawwija ta' pulizija - Jidher li n-nirien bdew f'dormitorju

Duħħan jidher miċ-ċentru tal-Marsa
Duħħan jidher miċ-ċentru tal-Marsa

Dħaħen kbar miċ-ċentru miftuħ tal-Marsa dehru minn bosta nħawi minn madwar il-pajjiż. L-inċident seħħ fl-Initial Reception Centre li huwa mmexxi mill-AWAS.

Fiż-żona hemm preżenza qawwija ta' pulizija kif ukoll membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU) filwaqt li l-immigranti inħarġu mill-istess ċentru.

L-immigranti, madwar 420 persuna, ġew evakwati ftit wara li beda n-nar.

In-nar beda f'wieħed mill-akbar dormitorji fiċ-ċentru li dan is-sit huwa nfurmat li. Seba' ħaddiema, flimkien ma żewġ immigranti ngħataw kura medika minħabba li belgħu ftit duħħan. Minkejja dan, ħadd ma ttieħed l-Isptar.

Nisa bi tfal żgħar u anke missirijiet se jittiedhdu f'ċentri oħra tal-AWAS.

Wara madwar sagħtejn, l-immigranti reġgħu iddaħlu fiċ-ċentru.

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat) 

 

More in Kronaka