Il-Pulizija qed tinvestiga splużjoni li seħħet f’parapett ta’ residenza minħabbba ċilindru tal-gass.
Jidher li l-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart fi Triq Żnuber f’Ħ’Attard.
F’dan il-każ ħadd ma weġġa.
It-triq kellha tingħalaq għal xi ħin, ġew evakwati xi residenti u ssejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ambulanza b’tim mediku mill- Isptar Mater Dei.
Aktar tard, ġie kkonfermat li ma kienx hemm iżjed periklu u għalhekk irritorna kollox għan-normal u t-triq reġgħet infetħet lura għat-traffiku.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.