Illum, għall-ħabta tat-3:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 69 sena residenti f'Ħal Qormi safa’ milqut minn vettura. Is-sewwieq tal-vettura telaq minn fuq il-post ta’ l-inċident. Tim mediku assista lir-raġel u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għall-kura, fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.