L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00am, fi Triq Dun Mikiel Xerri
Rumen ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli f’inċident li seħħ dalgħodu f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00am, fi Triq Dun Mikiel Xerri wara li r-raġel waqa’ madwar sular.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post bir-raġel jittieħed b’urġenza Mater Dei.
Jidher li r-raġel kien qed iżarma xi oġġetti meta żelaq u waqa’ madwar sular.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin.