Żagħżugħ ta’ 24 sena qed jinżamm arrestat wara li agredixxa żagħżugħ ieħor ta’ 24 sena waqt li kien qed jisirqu.
Maż-żagħżugħ arrestat kien hemm raġel ieħor li l-Pulizija għadha qed tfittex.
Il-każ seħħ lbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq il-Port f’Marsalforn.
Meta l-Pulizija marru fuq il-post, mill-ewwel investigazzjoni, jirriżulta li żagħżugħ mis-Somalja u residenti l-Munxar ġie aggredit minn żewġ persuni li serqulu ammont ta’ flus kontanti.
Huwa spiċċa bi ġrieħi f’wiċċu kawża tad-daqqiet li qala’ b’ħadida.
Iż-żewġ ħallelin ħarbu minn fuq il-post.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex għadhom għaddejjin.