Raġel ta' 62 sena jweġġa' f'sit ta' kostruzzjoni f'Ħal Qormi

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna

Raġel ta’ 62 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta' kostruzzjoni fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:15 p.m il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem f’sit ta' kostruzzjoni u li ttieħed l-isptar immedjatament.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ minn fuq sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. 
 

More in Kronaka