Tela’ għal 37 l-għadd tal-uffiċjali tal-Pulizija li ġew arrestati fl-aħħar sigħat wara investigazzjoni fuq allegat abbuż mis-sahra.
Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li supretendent inkarigat minn din is-sezzjoni rriżenja minnufih mill-kariga tiegħu, liema riżenja ġiet aċċettata.
Ħamsa mill-persuni arrestati ngħataw il-police bail, filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga.
Intant, minħabba din is-sitwazzjoni, il-Pulizija wettqet pjan ta’ kontinġenza biex it-tqassim tax-xogħol f’din is-sezzjoni jibqa’ miexi b’mod normali.
Uffiċjali minn sezzjonijiet oħra qed jassistu fl-immaniġjar tat-traffiku bl-użu ta’ vetturi mmarkati filwaqt li qed tingħata wkoll l-assistenza mil-LESA u minn Transport Malta.