Miriam Pace titneħħa minn taħt it-terrapien ta' darha ... bla ħajja
Miriam Pace, mara ta' 55 sena u omm ta' żewġt itfal, għadha taħt it-terrapien

minn Yendrick Cioffi

Miriam Pace, ta' 54 sena imma li kienet se tagħlaq 55 nhar il-ħadd li ġej, instabet bla ħajja taħt it-tifrik ta' darha stess, wara sigħat ta' tfittxijiet. F'kummenti lill-ġurnalisti preżenti kelliem għall-pulizija qal illi Pace instabet midfuna ferm 'l isfel taħt il-ġebel.
Aktar kmieni:Il-binja ġġarfet ftit qabel it-3pm u tinsab biswit sit ta' kostruzzjoni
Kelliem għall-Pulizija spjega kif il-binja kienet imqassma fuq tliet sulari u għalhekk it-terrapien huwa sostenzjali, bit-tfittxija se tibqa' għaddejja, jekk ikun hemm bżonn, anke bil-lejl.







Il-Pulizija qed tuża klieb u anke drones biex jgħinuha fit-tfittxija.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela żar il-post u tkellem mar-raġel ta' Miriam Pace u mar-residenti l-oħra milquta, hekk kif diversi persuni oħra spiċċaw evakwati minn djarhom.
Prezenti wkoll kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u diversi Ministru, Segretarji Parlamentari u Deputati.
Deher fuq il-post ukoll Sandro Chetcuti, President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi.
F'April tas-sena li għaddiet, ħadd ma weġġa' meta binja ta' tliet sulari waqgħet biswit sit ta' konstruzzjoni fi Gwardamanġia.
Xahrejn wara, f'Ġunju, waqgħet binja fil-Mellieħa. Ħadd ma kien weġġa', anke jekk anzjana kienet inqabdet f'parti mill-binja li żammet fuq sieqha.

![[Aġġornat] Kuċċier iweġġa' gravi f'ħabta l-Furjana](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/habta21022025.png)

