Manuel Giovanelli, Taljan ta’ 42 sena, ġie rrapportat nieqes ilbieraħ il-Ħamis 5 ta’ Marzu.
Fi stqarrija, il-Pulizija qed titlob għall-għajnuna biex jinstab ir-raġel.
Manuel għandu xagħru qasir u jilbes nuċċali.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil Manuel.