Aġġornata | Jinżamm arrestat ir-raġel li pprova jimporta materjal splussiv f'Malta
Fi stqarrija l-Pulizja spjegat li l-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu kienet ilha ħafna tosserva r-raġel
More in Kronaka
Fi stqarrija l-Pulizja spjegat li l-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu kienet ilha ħafna tosserva r-raġel
Raġel ta’ 34 sena ġie arrestat mill-Iskadwra ta’ Kontra t-Terroriżmu, u ttella' l-Qorti akkużat li pprova jimporta materjal splussiv f'Malta.
Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif ġranet ta’ sorveljanza mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu, b’rabta ma’ investigazzjoni twila, tat il-frott tagħha “f’operazzjoni kbira” li saret ilbieraħ fi fi proprjetà f’Ħaż-Żebbuġ.
F’din l-operazzjoni, ir-raġel kien arrestat. Diversi oġġetti eletroniċi kienu ukoll issekwestrati waqt it-tfittxijiet li saru fi propjeta’ f’Ħaż Żebbuġ u kif ukoll minn diversi vetturi.
Ir-raġel, li wieġeb mhux ħati tal-akkużi, kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li anke sar reċidiv.
Fil-Qorti ntqal kif il-Pulizija kienet ilha mit-28 ta' Awwissu tas-sena li għaddiet tinvestiga dan il-każ.
Id-Difiża ma għamlet l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u r-raġel inżamm arrestat.
B’rabta ma’ dan il-każ hemm ukoll inkjesta Maġisterjali.
Illum, għall-ħabta ta’ nofs siegħa ta’ wara nofsinhar ir-raġel mistenni jitressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Natasha Galea Sciberras LL.D.
Madanakollu, l-Avukat Benjamin Valenzia talab li isem l-akkużat ma jkunx imsemmi. Huwa insista li rapporti fuq il-midja qalu li ġie arrestat b'rabta ma' akkużi relatati mat-terroriżmu. Insista li r-raġel kien arrestat mill-Iskwadra ta' Kontra t-Terroriżmu, iżda ma kienx akkużat b'terroriżmu.
Insista li ż-żagħżugħ għandu familja.
Madanakollu l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba. Il-Qorti ħeġġet lill-midja biex tkun korretta fir-rapport tagħha u ċaħdet it-talba tad-Difiża.