It-tielet persuna titlef ħajjitha mill-Covid-19 f'Malta ... anzjan ta' 84 sena

Anzjan li ddaħħal Mater Dei lbieraħ pożittiv għall-Covid-19 jitlef ħajtu

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 84 sena huwa t-tielet vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.

L-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei ilbieraħ, fejn sarlu test għal Covid-19 li rriżulta pożittiv. Il-kundizzjoni tal-anzjan, li kien ibati b’kundizzjonijiet oħrajn tas-saħħa, baqgħet sejra lura. Huwa miet fl-Isptar Mater Dei dalgħodu.

Dan huwa każ ieħor fejn persuna anzjana tilfet ħajjitha u kienet pożittiva għal-Covid-19, għaldaqstant il-Ministeru għas-Saħħa mill-ġdid appella biex jiġu segwiti l-appelli tad-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika—hekk biss jiġu protetti l-anzjani u l-persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan.

 

 

More in Kronaka