Meta kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi l-immigranti li ddaħħlu Malta nhar il-Ħamis bil-lejl ġew kollha swabbed u kollha rriżultaw fin-negattiv għall-Covid-19.
Hija qalet illi dawn l-immigranti issa qegħdin kollha fi kwarantina.
Din id-dgħajsa ġabet magħha kontroversja kbira hekk kif ħafna nies tawha għall-midja soċjali biex jikkritikaw id-deċiżjoni tal-Gvern li jdaħħal immigranti f'dan iż-żmien partikolari.
Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela qal illi din id-dgħajsa kienet l-aħħar li daħlet u li issa l-Gvern għalaq il-portijiet.
Intant Gauci llum ħabbret illi fl-aħħar 24 siegħa kien hawn 20 każ ġdid ta' Covid-19, li minnhom 10 huma immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far.