Raġel rrestat b'rabta ma' diversi serqiet f'San Ġiljan u Gwardamanġa

Il-Pulizija tfakkar lin-nies li jistgħu jċemplu jew jibgħatu email għal rapporti ta' reati li ma jkunux jinħtieġu l-assistenza immedjata

Raġel ta’ nazzjonalità Taljana kien arrestat mill-Pulizija tad-Distrett b’rabta ma’ serq f’San Ġiljan u fi Gwardamanġia. Dawn il-każijiet ġew solvuti wara li l-Pulizija segwiet rapporti li saru permezz tal-proċedura ġdida tar-rispons għas-servizzi mitluba millpubbliku, fejn dawn ir-rapporti saru ‘on line’ mingħajr il-bżonn li l-vittma ikun hemm għalfejn imur f’għassa.
 
Ir-raġel se jitressaq il-Qorti illum fl-10:30 a.m quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.
 
Il-Pulizija tfakkar li rapporti għal reati li ma jinħtiġux l-assistenza immedjata tal-Pulizija jistgħu jsiru permezz tat-telephone fuq +356 2294 0000, online fuq is-sit https://pulizija.gov.mt/opres, fuq l-app 112mt, jew jintbagħat imejl fuq [email protected].
 
Dan - tgħid l-istqarrija tal-Pulizija  -  bil-għan li l-pubbliku u l-Pulizija jibqgħu protetti mill-imxija tal-COVID-19, "filwaqt li l-Korp tal-Pulizija jibqa’ impenjat li jkompli bl-operat normali u jagħti servizz lill-komunità, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa."

More in Kronaka