Kommossjoni qamet illum waranofinhar fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far bl-immigranti jinstemgħu jgħajtu "freedom," "libertà."
Dan mhuwiex l-istess ċentru li fih hemm diversi immigranti taħt kwarantina minħabba li xi residenti rriżultaw pożittiv għall-coronavirus.
L-immigranti, fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Far, dehru mdendla u jixxabbtu mal-ħadid tat-twieqi.
Fuq il-post hemm is-suldati, il-pulizija tad-distrett u mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit.
Dehru wkoll żewġ ambulanzi, anke jekk ħadd ma weġġa.
Il-protesta ntemmet ftit wara.