Żewġ żgħażagħ jiddaħħlu l-isptar wara nirien li ħakmu garaxx f'Ħaż-Żabbar

Hu mifhum li n-nirien beda minn dgħajsa li kien hemm f’dan il-garaxx

Żewġt irġiel iddaħħlu l-isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi li ġarbu f’nirien ġo garaxx f’Ħaż-Żabbar.

Jidher li l-garaxx qabad qabad għall-ħabta tal-3:45pm fi Triq iż-Żinġla.

Hu mifhum li n-nirien beda minn dgħajsa li kien hemm f’dan il-garaxx.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

L-Isptar iddaħħlu żagħżugħ ta’ 27 sena li sofra ġrieħi ħfief u żagħżugħ ta’ 20 sena li sofra ġrieħi gravi.

More in Kronaka