Ritratti | Il-Pulizija ssegwi koppja f'karozza ... jinqabdu jitraffikaw id-droga

Żewġ persuni li kienu fil-vettura, ġuvni ta’ 24 sena u tfajla ta’ 20 sena ġew arrestati

Il-lejl li għadda kien lejl ieħor impenjattiv għall-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hekk kif assistiti mir-Rapid Intervention Unit wettqu rejd f’Buġibba.

Jidher li l-Pulizija kienet ilha ħin issegwi vettura wara li minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li allegatament xi persuni li kienu fiha kienu qed jitraffikaw id-droga. 

Kienu għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ bil-lejl, x’ħin il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tal-RIU, iċċirkondaw vettura qrib il-Pjazza ta’ Buġibba. 

Żewġ persuni li kienu fil-vettura, ġuvni ta’ 24 sena u tfajla ta’ 20 sena ġew arrestati. 

Saret tfittxija fil-vettura u fil-vettura nstabet d-droga kokaina u ammont ta’ flus kontanti. 

Iż-żagħżugħ se jitressaq il-Qorti llum.

More in Kronaka