Jaħbat ma' ħajt f'Għajnsielem u jaqa' għal isfel; Tliet persuni l-isptar

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq ix-Xatt

Tliet persuni ttieħdu b’emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq ix-Xatt.

Jidher li vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena ħabtet ma’ ħajt u waqgħet għal isfel. Fil-vettura kien hemm żagħżugħ ta’ 17-il sena u żagħżugħ ta’ 19-il sena.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili u anke tim mediku. Ambulanza ħadet lit-tliet żgħażagħ l-Isptar, fejn iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-kundizzjoni taż-żewġ żgħażagħ l-oħra għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka