Ix-xhieda ta' Melvin Theuma - li ngħata maħfra Presidenzjali mill-Gvern u li l-ġimgħa l-oħra implika lill-eks Ministru Chris Cardona fil-qtil ta' Caruana Galizia - għal xi ħin illum kompliet tinstema' wara bibien magħluqa. L-Ispettur Keith Arnaud qal lill-Qorti illi l-mistoqsijiet dwar aktar rekordings li se jinstemgħu llum għandhom isiru mingħajr preżenza tal-midja jew nies fl-awla.
It-talb kienet milqugħa fuq il-bażi illi l-informazzjoni li toħroġ tista' tinterferixxi fl-investigazzjonijiet li għaddejjin mill-pulizija.
Trad wara nofsinhar imbagħad il-0-proċeduri komplew fil-pubbliku b'Theuma jixhed. Waqt tape li rrekordja l-istess Theuma ta' konverżazzjoni bejnu u Yorgen Fenech huwa jinstema' jgħid illi "l-aħwa Degiorgo rċevew flus mingħandu wkoll". Fil-Qorti Melvin Theuma kkonferma illi l-persuna li kienu qed jirreferu għaliha kienet Chris Cardona.
X'ħareġ fl-aħħar seduti?
Theuma, fl-aħħar xhieda kien ikkonferma li t-tapes li hu stess irrekordja jsemmu lill-eks Ministru Chris Cardona bħala wieħed minn dawk li taw il-flus biex tinqatel Caruana Galizia.
Fil-fatt Theuma qal li l-aħwa Degiorgio u l-Koħħu ħadu €350,000 biex qatlu lil Daphne Caruana Galizia. Fl-istess seduta l-avukat Jason Azzopardi li qed jidher għall-familja Caruana Galizia u prte civile għal Daphne staqsa dwar ritratt li fih jidher raġel li allegatament għadda flus mingħand Cardona għal għand il-Fulu.
Irriżulta wkoll - mix-xhieda tiegħu stess - li Theuma kien qed jibża' li Yorgen Fenech u Keith Schembri kienu qed jippjanaw li jeliminawh. Qal illi Fenech ħassu protett bi Gvern Laburista u kien jirreferi għal sondaġġi tal-Mediatoday, meta jesprimi dan. Theuma qal ukoll li li hu kien talab lil Edwin Brincat (il-Ġojja) biex jitkellem mal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, xi ħaġa li wasslet biex din il-ġimgħa jitwaqqaf kuntratt li l-istess Cutajar kellu mal-Ministeru tal-Intern.