Żagħżugħ imut wara li nqabad f'ħanut li ħa n-nar

Il-każ seħħ fi Triq Ħal Qormi, fil-Marsa

Żagħżugħ ta' 25 sena tilef ħajtu wara li nqabad f’ħanut li ħa n-nar fi Triq Ħal Qormi, fil-Marsa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:00am.

Malli waslu fuq il-post il-Pulizija sabu l-ħanut jaqbad. Iż-żagħżugħ miet fuq il-post.

Il-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien f’qasir żmien. Xi nies li jgħixu fiż-żona kellhom jiġu evakwati.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

 

More in Kronaka