Dalgħodu, għall-ħabta tad-9:00am, instab katavru ta' mara fil-baħar, viċin il-Bajja ta’ San Blas, f’Għawdex.
Il-katavru ntlemaħ minn xi persuni li kienu viċin il-bajja.
Minnufih, intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll tal-Protezzjoni Ċivili li min-naħa tagħhom daħlu l-kadavru fil-Port tal-Imġarr. Tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex marru fuq il-post fejn iċċertifika l-mara mejta.
Minn iżjed investigazzjonijiet, il-kadavru ġie identifikat li huwa ta’ mara ta’ 43 sena mill- Awstrja.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.