Imut is-sewwieq tal-mutur li kien involut f'inċident fi Triq il-Kosta

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu

Tilef ħajtu r-raġel ta' 50 sena li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.

Ir-raġel, Ungeriż residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur, ilbieraħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu u ħabat mal-barrikati li jaqsmu t-triq u tkaxkar diversi metri.

Malli twassal Mater Dei huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. 

Bil-każ kienet ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

More in Kronaka