Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. Din il-mara għalhekk hija l-11-il vittma ta' dan il-virus f'pajjiżna.
Hija ġiet kkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-18 ta’ Awwissu u bdiet tingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei minn dak in-nhar.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.