Aġġornata (1) | Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li qala' daqqiet ta' sikkina; Arrestat l-allegat aggressur

L-argument seħħ fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura

Żagħżugħ ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument li seħħ fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.

Kien ftit qabel il-ħdax tal-bieraħ filgħaxija meta l-Pulizija rċeviet rapport li kien għadu kemm seħħ argument fil-post indikat. Meta l-Pulizija marru ma sabu xejn ħlief demm mal-art.

Aktar tard, il-Pulizija waslilha rapport li kien għadu kemm daħal raġel l-isptar Mater Dei u li kellu ġrieħi kkawżati minn sikkina.

Skont iż-żagħżugħ, Sirjan, il-persuna l-oħra telqet minn fuq il-post.

Il-vittma ttieħed l-isptar minn xi qraba. Ftit wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

Intant, dalgħodu, il-Pulizija fi stqarrija qalet li rnexxielha tarresta raġel, li huwa l-allegat aggressur u li qed jgħinha fl-investigazzjoni tagħha.

More in Kronaka