Raġel li daħal biex jisraq f'appartament spiċċa arrestat mill-istess persuna li daħal jisraq, hekk kif dan kien pulizija.
Ir-raġel barrani daħal biex jisraq fis-2:30 a.m fl-appartament f'San Ġiljan u wara ġlieda mal-pulizija spiċċa arrestat fuq il-post stess.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia dalgħodu huwa kien akkużat b'serq aggravat, li rreżista l-arrest b'mod vjolenti, li attakka uffiċjal tal-pulizija u li heddu u li huwa riċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati imma ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest hekk kif il-Qorti semgħet kif l-akkużat kien ikun fis-sakra ħafna drabi, ma jaħdimx u m'għandux fejn jgħix.
L-Ispettur Jonathan Cassar mexxa' l-Prosekuzzjoni.