Filmat | Nirien qawwija jaħkmu impjant tal-Wasteserv fil-Marsa; Residenti evakwati
Kelliem għall-Pulizija spjega kif in-nirien bdew minn Sqaw il-Fdal tal-Ħadid u ħadd ma weġġa'
More in Kronaka
Kelliem għall-Pulizija spjega kif in-nirien bdew minn Sqaw il-Fdal tal-Ħadid u ħadd ma weġġa'
F'ħin ta' sagħtejn il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkontrollaw nirien qawwija li ħakmu impjant tal-Wasteserv fil-Marsa.
Għalkemm ħadd ma weġġa', ġew evakwati xi residenti u nħareġ avviż mill-Protezzjoni Ċivili biex residenti li jgħixu fil-viċinanzi jżommu t-twieqi magħluqa hekk kif id-dħaħen qawwija huma tossiċi.
In-nirien bdew kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7am.
Kelliem għall-Pulizija spjega kif in-nirien bdew minn Sqaq il-Fdal tal-Ħadid. Fi stqarrija, il-Wasteserv spjegat kif in-nirien żviluppaw f'maħżen fejn jinħażen materjal tal-awtoklava. Fortunatament l-inċineratur li topera l-Wasteserv ma ntmissx.
Spjega kif in-nirien huma qawwija tant li l-ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili għadhom qed jissieltu man-nirien.
Kif jidher fil-filmat, kellhom jintużaw ukoll dgħajjes tal-Forzi Armati biex ikun missielet in-nar.