Raġel 38 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie arrestat wara li kien involut f’argument.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30pm, meta l-Pulizija li kienu fuq ronda fi Triq il-Korp tal-Pijunieri twaqqfu minn mara ta’ 38 sena li toqgħod Birkirkara. Hija kienet feruta u qaltilhom li għadha kemm ġiet aggredita
L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel, Libjan, allegatament aggredixxa lill-mara b’oġġett bil-ponta u li jaqta’ u ħarab minn fuq il-post.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassistu lill-vittma. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li ndarbet b’mod gravi.
Wara tfittxija għall-aggressur, hu ġie arrestat ftit tal-ħin wara u qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Dorren Clarke LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.