Mara ta’ 77 sena residenti r-Rabat, għall-ħabta tal-10:30 a.m, tilfet ħajjitha fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.
Il-Pulizija ġiet imsejħa biex tassisti fuq ir-rapport mill-awtoritajiet tas-saħħa u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-mara kienet nieżla xi tarġiet li hemm fl-imsemmija triq, tfixklet u waqgħet.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, hi ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.