Il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mad-Distrett taż-Żejtun qegħdin jinvestigaw il-ħruq ta’ diversi vetturi li kienu pparkkjati f’parkeġġ fil-Gudja.
B’kollox 18-il karozza nqerdu bin-nirien, waqt li oħrajn ġarbu xi ħsarat. Għall-ħabta ta’ 11:45 p.m, il-pulizija intalbu jassistu fi Triq Dawret il-Gudja.
Kif waslu fuq il-post sabu numru ta’ vetturi f’ħuġġieġa nar. Intalbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien, liema operazzjoni damet sat-3:00 a.m.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ. Il-Maġistrat tal-Għassa, Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, mgħejuna minn esperti mqabbda minnha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin