Tarbija ta' sena spiċċat l-Isptar, flimkien ma' tlieta minn nies oħra, wara inċident f'Ħad-Dingli.
Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta' wara nofsinhar illum fi Triq ir-Rabat - li ingħalqet wara l-ħabta. Is-sewwieqa qed ikunu mitluba ma jużawx tali triq.
L-ewwel karozza involuta kienet VW Polo li fiha kien hemm mara ta' 48 sena mir-Rabat u oħra ta' 28 sena minn Ħad-Dingli, kif ukoll it-tarbija.
It-tieni karozza kienet tat-tip Ford Transit, misjuqa minn raġel ta' 33 sena mill-Gżira.
L-erba' minn nies intbagħtu l-Isptar għalkemm il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.