Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:30 p.m il-Pulizija intalbet biex tassisti fi Triq San Pawl, Bormla.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 40 sena li jgħix Raħal Ġdid, tilef il-kontroll tal-vettura Toyota Corsa u ħabat ġo ħames vetturi li kienu pparkjati.
Fil-vettura, passiġġier kien hemm ġuvni ta’ sittax-il sena li jgħix Bormla.
Mill-ewwel intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u r-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li r-raġel weġġa ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin