Tnejn arrestati wara sejba ta' MDMA, eroina u amfetamina

Jiem ta' investigazzjonijiet iwasslu għal sejba tad-droga ...

(Arkivji)
(Arkivji)

Raġel ta’ 37 sena u mara ta’ 41 sena, it-tnejn mill-Ungerija, ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), wara li nqabdu b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar.

Wara jiem ta’ investigazzjonjiet u osservazzjoni fuq importazzjoni tad-droga, ilbieraħ, għal xil-11:00 a.m, il-Pulizija daħlu ġo dar f’Birżebbuġa u waqt tfittxija nstabet sustanza suspettata droga eroina u MDMA, lesta biex tiġi ttraffikata, kif ukoll sustanza suspettata amfetamina.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal xil-11:30 a.m quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke akkużati b’importazzjoni, pussess u traffkar tad-droga, tixħim u li ma obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija, fost oħrajn.

More in Kronaka