Din kienet qed topera r-rotta 31 lejn Buġibba
Karozza tal-Linja dalgħodu ħadet in-nar f'Burmarrad, bl-inċident seħħ madwar is-6:30am.
Din kienet qed topera r-rotta 31 lejn Buġibba.
Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li l-passiġġiera tniżżlu kollha f'ħin qasir u ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Minnufih bdiet investigazzjoni interna biex ikun stabbilit f'wassal għal dan l-inċident.