Ir-raġel intlemaħ viċin l-Akkwarju Nazzjonali
Raġel ta' 62, ta' nazzjonalità Ingliża, ttella' mejjet mill-baħar b'Buġibba ftit tal-ħin ilu.
Jidher li r-raġel intlemaħ viċin l-Akkwarju Nazzjonali.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-aħbar mas-sit illum.com.mt.
Dwar il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet.