Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi
Raġel ta' 31 sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karrozza fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00am.
Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena li jgħix fl-stess lokalità.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku qabel ittieħed Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.