Il-każ seħħ f'għalqa f'Ħaż-Żebbuġ
Anzjan ta' 75 sena, weġġa' gravi wara li waqa' f'bir f'għalqa f'Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq tal-Ħandaq.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu fuq il-post biex tellgħu lir-raġel mill-bir.
Huwa ttieħed Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.