Ir-raġel kien qed jaħdem f'residenza
Raġel ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq sellum waqt xogħlijiet li kien qiegħed jagħmel f'residenza f'Bormla.
Il-każ seħħ fl-inħawi ta' Santa Liena lbieraħ waranofsinhar.
Ir-raġel li għandu 54 sena ttieħed Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.