Mara tilfet ħajjitha wara li ttajret minn mutur li kien qed jinstab fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Il-każ, seħħ kmieni dalgħodu għal xi s-sagħtejn u kwart.
L-identità tal-mara għadha mhux magħrufa. Mill-ewwel informazzjoni jidher li ntlaqtet minn mutur Kymco, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza.
Madanakollu hija ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.