Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn gallarija fi Triq Ġebel Ħanxul, Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi d-disgħa u kwart ta’ filgħaxija ta' filgħaxija.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 59 sena residenti Raħal Ġdid, waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.
Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.