Jinqabad jagħti daqqiet ta' ponn lill-vittma għal żewġ minuti sħaħ

Iż-żewġ akkużati ġew akkużati b'attakk vjolenti fuq żewġ persuni oħra f'Paceville 

Żewġt irġiel bla saqaf fuq rashom ġew akkużati b'attakk vjolenti fuq żewġ persuni oħra f'Paceville. Huma ġew imressqa aktar kmieni illum fuq każ li seħħ kmieni filgħodu l-Ħamis.

Il-maġistrat sema' kif l-pulizija ġew avviċinati minn żewġt irġiel li qalu li ġew imrażżna u msawta. Wieħed ittieħed l-isptar biex jingħata l-kura għall-ġrieħi tiegħu, filwaqt li r-raġel l-ieħor akkumpanja lill-pulizija fit-tfittxija għall-aggressuri, li nqabdu.

Kamera tas-CCTV wriet lill-wieħed mill-akkużati jagħti daqqiet ta' ponn lill-vittma għal żewġ minuti kontinwi. L-irġiel wieħed ta' 25 sena mis-Somalja u l-ieħor ta' 36 min-Niġerja ġew akkużati b’serq aggravat minn vjolenza.

Ir-raġel ta' 25 sena waħdu kien akkużat li weġġa’ ħafif lill-vittma, żammu illegalment kontra l-volontà tiegħu, kellu pussess tal-kannabis u kiser il-libertà proviżorja. Min-naħa tiegħu, il-ġuvni ta' 36 sena kien akkużat li żamm lir-raġel l-ieħor illegalment u li ġar sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija.

Wieħed mill-akkużati wieġeb ħati għalkemm il-Qorti tatu żmien biex jikkunsidra u wissietu li l-akkużi kellhom sentenza ta' ħabs marbuta magħhom. Hu stqarr "ma nafx x'ġara, ma niftakarx x'ġara." Kien għalhekk li hu inżamm taħt arrest preventiv u l-każ tiegħu jiġi assenjat lil maġistrat u maħtur skont il-liġi.

L-akużat ta' 36 sena instab ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess u ġie kkundannat għal sentejn u 10 xhur, immultat ukoll €116.47 għall-akkuża ta’ pussess ta’ sikkina, bil-Qorti tordna li l-arma tiġi kkonfiskata.

 

More in Kronaka