Ġuvni ta’ 15-il sena jsofri ġrieħi serji Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika f’residenza fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi. Mill-investigazzjoni preliminari rriżulta li ġuvni ta’ 15-il sena residenti l-Qrendi, waqa’ madwar tliet sulari għal ġo xaft.
Il-vittma ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.