Ritratti | Żagħżugħa titlef ħajjitha wara li ttajret f’Telgħet ix-Xemxija
Hija ttajret minn vettura li wara baqgħet dieħla f'erba' karozzi pparkjati

More in Kronaka
Hija ttajret minn vettura li wara baqgħet dieħla f'erba' karozzi pparkjati
Żagħżugħa ta' 30 sena tilfet ħajjitha wara li ttajret f’Telgħet ix-Xemxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00pm.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Tuneżina ta’ 30 sena intlaqtet minn veettura misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa.
Din il-karozza mbagħad ħabtet f’erba’ vetturi li kienu pparkjati.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu iżda sfortunatament il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Raġel Tuneżin li kien mal-vittma kif ukoll ix-xufier tal-Mercedes ittieħdu permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei biex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.