Iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li x’aktarx intlemaħ kadavru fil-baħar qrib Fifla.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-katavru mill-baħar u ttieħed fil-Bażi Marittima f'Xatt ta t-Tiben.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex ikun identifikat il-kadavru.