Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku Illum, għall-ħabta tas-7:00 a.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi u Isuzu Elf, li kien qed jinstaq minn Albaniż ta’ 31 sena.
Fl-Isuzu kien hemm ukoll żewġ Albaniżi oħra, ta’ 28 sena u 26 sena. Ir-raġel ta’ 26 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.