Raġel jitlef ħajtu f’Tas-Sliema waqt li kien bil-mutur

Raġel ta' 45 sena, residenti il-Gżira, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq fi Triq it-Torri, Tas-Sliema

Mill-arkivji
Mill-arkivji

Kmienu filgħodu, għall-ħabta tat-3:00.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat- traffiku fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Taljan ta’ 45 sena residenti l-Gżira, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Honda, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu, baqa' jitkaxkar u kellu impatt mal-bankina.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il- post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka