Żona abbandunata b'medda ta' madwar 1,165 metru kwadru f'Ħal Safi se tkun riġenerata u mibdula fi spazju miftuħ li joffri aċċessibiltà lill-persuni b'diżabiltà u jassigura effiċjenza fl-użu tar-riżorsi bħalma huma l-ilma u d-dawl.
B'investiment ta' €200,000, dan l-iżvilupp ta' spazju se jkun qed jara li jiġi mibni ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita biex dan ma jintilifx u jintuza għat-tisqija tal-ġnien. Imħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam dalli, f'dan il-proġett se jkun qiegħed isir investiment fis-sistema tad-dawl li se jassigura effiċjenza u titjib fis-sevizz. L-ispiża totali se tkopri wkoll it-tneħħija ta' speċi invażivi u t-tħawwil ta' pjanti u siġar indiġeni.
Fost l-għanjiet ta' dan il-proġett hemm dak li joffri spazju miftuħ fil-komunità ta' Ħal Safi, biex ir-residenti ta' dan ir-raħa ikollhom post għar-rikrezzjoni. Parks Malta qed tassigura żona ta' picnic kif ukoll dog park, fejn se jkun hemm apparat apposta biex il-kliem ikunu jistgħu jiġu mħarrġa f'żona sigura.