Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja
Raġel ta' 42 sena, residenti l-Gudja, tilef ħajtu wara inċident bil-mutur fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.
Il-każ seħħ dalgħodu fl-10:00am
Mill-ewwel informazzjoni jidher li seħħet ħabta bejn van Ford Transit u l-mutur li kien misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed minnufih Mater Dei iżda ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.